Lokali

Titjira tal-Air Malta lejn Vjenna b’dewmien ta’ mill-inqas 16-il siegħa

Dawk li kellhom jaqbdu t-titjira tal-Air Malta minn Malta lejn Vjenna fis-7:10 ta’ dalgħodu qed jesperjenzaw dewmien ta’ kważi 16-il siegħa. Dan hekk kif it-titjira KM514 tidher li żgur mhux se tkun qed titlaq minn pajjiżna qabel il-11 tal-lejla.

Dan filwaqt li dawk li se jitilqu minn Vjenna lejn Malta huma mgħarrfa li se jesperjenzaw dewmien iżda ma jafux x’ħin jew meta se jaslu f’pajjiżna.

Din mhix l-unika titjira li esperjenzat dewmien ta’ siegħa jew iktar, fosthom dawk li ġew Malta minn Tel Aviv.

Il-bieraħ, il-linja nazzjonali tal-ajru l-Air Malta ikkonfermat li d-dewmien li kien hemm f’certu titjiriet fl-ahhar jiem kien dovut għall-fatt li l-kumpanija spiccat b’nuqqas ta’ ajruplani. Tant li kellha tikri żewġ ajruplani biex tkopri l-iskeda – bil-kumpanija ma tghid xejn dwar kemm qed jiswew flus dawn il-kirjiet.

Fi stqarrija, l-Air Malta, spjegat li l-iskeda tas-sajf topera bi tmien ajruplani; iżda bħalissa wieħed mill-ajurplani tagħha jinsab għall-manutenzjoni. Dan se jibqa’ għat-tiswija sa nofs Mejju.

Il-kumpanija kkonfermat ukoll illi tant qed tahdem bi flotta ristretta… li ħsara minima fuq xi ajruplan tħalli impatt fuq il-programm kollu ta’ titjiriet.