F’San Siro, Milan għamlu użu mis-sapport tal-partitarji tagħhom hekk kif kisbu rebħa kruċjali fl-ewwel leg kontra t-tim li jinsab fil-quċċata tal-klassifika Taljana. Gowl ta’ Bennacer fl-ewwel taqsima kien biżżejjed sabiex jagħti r-rebħa lil Rossoneri bl-iskor finali jkun 1-0.
Iċ-champions Taljani skurjaw l-unika gowl tal-partita ftit minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima. Il-gowl wasal minn kontrattak veloċi ta’ Brahim Diaz li b’pass preċiż sab lil Leao li b’kross fil-baxx li żmarka lil Ismael Bennacer fejn il-midfielder Alġerin ma żbaljax u b’xutt kalm ikkonkluda fir-rokna t’isfel tal-lemin.
Napoli spiċċaw jilgħabu b’għaxra fl-74 minuta meta Andre-Frank Angiussa kkommetta foul irrelevanti f’nofs il-grawnd fuq Theo Hernandez, bir-referee Istvan Kovacos jurih it-tieni karta safra tal-partita.
F’ Santiago Bernabeu, Real Madrid kisbu rebħa meritata fl-ewwel leg tal-kwarti finali kontra Chelsea bl-iskor ta’ 2-0.
It-tim Spanjol fetaħ l-iskor wara 21 minuta logħob permezz ta’ gowl mill-attakkant prolifiku Franċiż Karim Benzema. Gowl faċli għall-attakkant li wasal minn pass preċiż ta’ Vinicius Juinior fejn sab lil Benzema żmarkat fil-kaxxa lest għal konklużjoni.
Il-gowl ta’ Benzema kien l-unika gowl fl-ewwel taqsima, biex b’hekk Los Blanco daħlu fil-ħin tal-mistrieh fil-vantaġġ.
Real Madrid irduppjaw l-iskor fl-74 minuta permezz tas-sostitut Marco Asensio. Suġġeeriment ieħor minn Vinicius Junior din id-darba jsib l-attakkant Spanjol li ma jiżbaljax u jixħet ġewwa.
Riżultati: UEFA Champions League:
It-Tlieta: Manchester City v Bayern M. 3-0, Benfica v Inter 0-2
Illum: Milan v Napoli 1-0, Real Madrid v Chelsea 2-0
Logħob għada: UEFA EUROPA LEAGUE
6:45 PM – Feynoord v Roma
9:00 PM- Bayer Leverkusen v Royal Union , Juventus v Sporting CP, Manchester United v Sevilla
UEFA EUROPA CONFERENCE LEAGUE
6:45 PM – Gent v West Ham United
9:00 PM -Anderlecht v AZ, Basel v Nice, Lech Poznan v Fiorentina