Qed ikun rappurtat li ajruplan tar-Ryanair bir-reġistrazzjoni 9H-VVH, li kien qed jopera titjira minn Malta għal Riga għamel inżul ta’ emerġenza fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara ħsarat li kienu kkaġunati wara li l-ajruplan esperjenza dak li huwa magħruf bħala ‘tail strike’. Jidher li l-ħsarat kienu kkaġunati ftit tal-ħin wara li telaq minn Malta.
Ftit tal-ħin ilu l-ekwipaġġ tal-ajruplan avża lill-Air Traffic Control li t-titjira ma setgħetx titkompla u għalhekk kienu se jirritornaw Malta sabiex issir spezzjoni lill-ajruplan. Għal ftit ħin, l-ajruplan ittajjar fuq pajjiżna biex ikun jista’ jaħli l-fuel sabiex jitnaqqas il-piż u jkun jista’ jagħmel inżul fl-Ajruport Internazzjonali Malti.
Ironikament dan l-istess ajruplan kellu inċident ieħor dalgħodu meta kien qed jopera titjira minn Milan lejn Malta bit-titjira kellha tinżel Ruma minħabba emerġenza medika.
//= $special ?>