“Kien hemm rabja kbira meta prezz ta’ pastizz sar 50c. Iżda issa qed nitkellmu fuq prezzijiet ta’ 90c u aktar!”
Dan kien biss wieħed mill-kummenti fost ir-ruxmata reazzjonijiet li kien hemm fl-aħħar sigħat fuq il-pjattaformi soċjali wara li persuna xerred ritratt ta’ irċevuta li turi prezz ta’ 90c għal kull pastizz. B’ħafna nies jgħidu li f’postijiet oħra sabuhom bil-prezz ta’ ewro u aktar.
Raġel partikolari esprima l-frustrazzjoni tiegħu meta qal illi “anke l-prezzijiet tal-pastizzi splodew għal 90c u aktar”
“Jien xtrajthom €1.35”, spjegat persuna li kkummentat fuq Facebook. B’oħrajn jgħidu li għad hemm pastizzeriji u ħwienet li qed ibiegħu pastizz għal 50c kull wieħed.
Iż-żieda fil-prezz tal-pastizzi mhux l-uniku każ ta’ piżijiet li żdiedu fl-aħħar ġimgħat kaġun tal-inflazzjoni.
Prodotti oħra tal-ikel, bħall-bajd, ukoll kellhom żieda fil-prezz tagħhom minn Diċembru sal-lum. Żdiedu wkoll diversi prodotti mediċinali u anke prodotti li jintużaw għall-ħasil u l-iġene personali.
//= $special ?>