Futbol Sport

Branko Nisevic ivvutat Kowċ tax-Xahar għal Frar

Għat-tielet darba matul dan l-istaġun, il-kowċ taċ-champions Hamrun Spartans Branko Nisevic intagħżel bħala l-Kowċ tax-Xahar. Wara l-unuri ta’ Ottubru u Diċembru, Nisevic issa rċieva wkoll l-unur ta’ Kowċ tax-Xahar għal Frar.

Matul Frar, Hamrun Spartans komplew jikkonfermaw l-istaġun pożittiv tagħhom, b’rebħiet ta’ 1-0 fuq Floriana u Valletta, kif ukoll draw ta’ mingħajr gowls kontra Birkirkara.

Dan l-unur jingħata wara vot mill-captains u Team Managers tal-iskwadri tal-Kampjonat Premier, kif ukoll staff tekniku u membri tal-midja.

Branko Nisevic għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw minn donazzjoni marbuta ma’ dan l-unur.