Futbol Sport

Ħamrun Spartans u t-tim tan-nisa ta’ Birkirkara bl-akbar ammont ta’ nominazzjonijiet għall-MFPA Awards 2023

Il-Malta Football Players Association ħabbret il-lista finali tan-nominazzjonijiet f’11-il kategorija differenti f’edizzjoni oħra annwali tal-𝗠𝗙𝗣𝗔 𝗔𝘄𝗮𝗿𝗱𝘀 𝟮𝟬𝟮𝟯.

Din is-sena din is-serata mistennija mill-plejers, kowċis u referees tal-futbol lokali, se tkun qed issir 𝗻𝗵𝗮𝗿 𝗶𝘁-𝗧𝗻𝗲𝗷𝗻, 𝟭 𝘁𝗮’ 𝗠𝗲𝗷𝗷𝘂.

B’kollox se jkunu qed jingħataw total ta’ 35 unur, maqsuma fi ħdax-il kategorija differenti. Din se tkun serata Gala u fil-lista finali ta’ nominazzjonijiet, iċ-champions Hamrun Spartans għandhom xejn anqas minn disa’ kandidati nominati fil-kategoriji varji, filwaqt li Birkirkara, li attwalment jinsabu t-tieni fil-Kampjonat Premiet, għandhom ħames nominazzjonijiet.

Bħal kull sena, fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-MFPA awards fost l-oħrajn, se jkun hemm l-unur tal-MFPA Best XI kemm fil-kategorija tal-Irġiel kif ukoll f’dik tan-Nisa.