Evidenti l-apprezzament minn numru kbir ta’ persuni li attendew għall-attivita soċjali li saret il-Ħamis filgħodu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista – apprezzament għax-xogħol kontinwu li qed jitwettaq mill-Oppożizzjoni, kemm fil-Parlament u anke bil-ħidma man-nies fil-lokalitajiet.
Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech illi kien akkumpanjat minn AnnMarie Grech kif ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino u d-Deputat tal-Partit Nazzjonalista Stephen Spiteri.
Matul din l-attivita l-Kap tal-Partit Nazzjonalista qatta’ ħin twil jitkellem man-nies preżenti, illi rringrazzjawh għax-xogħol kollu li qed isir mill-Partit Nazzjonalista.
F’messaġġ indirizzat lil dawk preżenti, Bernard Grech sostna li huwa ta sodisfazzjon kbir li jara din il-familja dejjem tikber għaliex is-sapport tan-nies jagħti aktar enerġija lill-partit sabiex ikompli jaħdem għall-ġid tal-pajjiż.
Barra minn hekk, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li se jkompli jaqbeż għall-ħaddiem kif ukoll ikompli jitfa’ pressjoni fuq il-Gvern sabiex iġib lura l-miljuni li nsterqu kaġun tad-deal frawdolenti tal-isptarijiet ma’ Vitals u Steward – deal li ġie kundannat mill-Qorti.
Minn naħa tagħha, AnnMarie Grech irringrazzjat lil dawk preżenti tas-sapport kontinwu li qed ikomplu jagħtu lill-Partit Nazzjonalista.

