Futbol Sport

Kampjonat Premier bi 12-il tim mill-istaġun 2024/25

Mill-istaġun 2024/25, l-ammont ta’ klabbs fil-Kampjonat Premier se jinżel minn 14-il klabb għal 12.

Issa mistennija tibda diskussjoni fuq livell ta’ Kumitat tal-Kompetizzjonijiet biex ikun determinat kif se sseħħ is-sistema ta’ promozzjoni u relegazzjoni.

Wara din il-bidla, iċ-Challenge League mistenni jkun iffurmat minn 16-il klabb u l-Amateur League se jkun iffurmat minn 25 klabb.

Dwar dawn l-ammonti diġa kien hemm qbil bejn id-diviżjonijiet rispettivi, iżda issa dan il-qbil ġie formalizzat wara l-Assemblea Ġenerali li saret illum, fejn ittieħed vot.