Lokali

WARA L-ARREST TA’ ERBA’ STUDENTI: Il-KSU frustrat għall-mod kif il-Pulizija qed tapplika l-liġijiet

“Din hija sitwazzjoni inkwetanti li studenti li pruvaw jagħtu l-għajnuna tagħhom spiċċaw arrestati.”

Dan intqal mill-Kunsill Studenti Universitarji (KSU) f’post fuq il-midja soċjali wara li l-Erbgħa ġie żvelat li 4 studenti ġew arrestati f’Ottubru li għadda wara li bagħtu email lill-kumpanija Freehour dwar sigurtà dgħajfa.

Barra minn hekk KSU qalet li huwa ferm frustranti li dawn l-istudenti spiċċaw vittmi ta’ liġijiet outdated għaliex it-teknoloġija dejjem qed tavvanza.

Intant, KSU avviċinat lil dawn l-istudenti filwaqt li offrew ħlas legali li jistgħu jkollhom filwaqt li saħqu li se jgħinu lil dawn l-4 studenti fejn hu possbli.