Bl-ittra li bagħat dalgħodu lill-Prim Imħallef, Robert Abela kkonferma li ma jinteressahx li ssir magħrufa l-verità kollha dwar il-mewta traġika taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia.
Robert Abela qed ikun insensittiv meta, bl-ittra li kiteb lill-Prim Imħallef, juri li jinteressah biss li jgħatti xturu u jiġġustifika l-inkomptentenza tal-Pulizija fl-investigazzjonijiet.
Il-Partit Nazzjonalista jfakkar li l-Pulizija għandha l-poter u r-riżorsi kollha meħtieġa biex, indipendentement mill-Maġistrat li jkun qed iwettaq Inkjesta, jinvestigaw, jarrestaw, jinterrogaw u jakkużaw quddiem il-Qorti lil dawk il-persuni li kkawżaw il-mewt taż-żagħżugħ Jean Paul Sofia.
Robert Abela ilu minn Diċembru li għadda jirrifjuta li ssir Inkjesta Pubblika dwar il-mewt ta’ Jean Paul Sofia minkejja t-talbiet ripetuti minn omm Jean Paul Sofia, kif ukoll mill-Partit Nazzjonalista.
Robert Abela qed jirrifjuta li ssir Inkjesta Pubblika għax għandu x’jaħbi
//= $special ?>