Futbol Sport

Sadio Mane sospiż partita minn Bayern Munich

(Ritratt: EPA)

L-attakkant ta’ Bayern Munich Sadio Mane ġie sospiż partita u se jkun immultat mill-klabb tiegħu stess wara li fl-aħħar partita kontra Manchester City attakka lil sieħbu stess fit-tim Leroy Sane.

Jidher li ż-żewġ player argumentaw waqt il-partita, bl-argument jikber u jeskala fid-dressing room wara l-partita, b’ Mane jaqsam xofftejn Sane.

Mane b’hekk se jkun qed jitlef il-partita ta’ tmiem il-ġimgħa kontra Hoffenheim.