Il-kumpanija Steward Health Care ressqet ilment formali kontra l-Gvern Malti u kontra l-ġudikatura quddiem il-Kummissjoni Ewropea.
Fi stqarrija Steward qalet li se tkun qed tressaq dan l-ilment formali fuq ksur tal-liġi tal-Unjoni Ewropea wara l-appell li tressaq mill-istess kumpanija dwar il-ftehim tal-konċessjoni tat-tliet sptarijiet.
Steward ma kinitx qablet mas-sentenza li ngħata mill-Qorti, fejn skont Steward, din kienet sentenza spekulattiva ħafna fejn setgħet tiġi miċħuda kieku Steward Healthcare kienet mitluba tipprovdi evidenza dwar l-akkużi tal-Qorti.
Il-kumpanija tefgħet ukoll dawl fuq it-tħassib tagħha dwar is-saltna tad-dritt f’pajjiżna… pajjiż li skont Steward, għal ħafna snin kien milqut minn skandli sinifikanti ta’ korruzzjoni.
//= $special ?>