Lokali Qorti

Żewġt irġiel jitressqu l-Qorti ta’ Għawdex

Illu il-Pulizija ressqet b’arrest fil-Qorti ta’ Għawdex, quddiem il-Maġistrat Brigitte Sultana, raġel ta’ 30 sena residenti r-Rabat, Għawdex u raġel ta’ 27 residenti l-Munxar, Għawdex.

Huma ġew akkużati li fil-5 ta’ April fir-Rabat, Għawdex, żammew persuna kontra l-volontà tagħha, weġġgħuha gravi, serqulha xi flus u li kisru l-bon ordni.

L-ewwel raġel ġie akkużat ukoll li saq vettura b’mod perikoluż, mingħajr ma’ kien kopert b’polza tal-assigurazzjoni u mingħajr ma’ kellu liċenzja tas-sewqan, filwaqt li t-tieni raġel ġie akkkużat ukoll li ġarr strument li jaqta’ u bil-ponta mingħajr permess tal-Kummissarju tal-Pulizija u li renda ruħu reċidiv.

L-imputati wieġbu mhux ħatja għall-akkużi miġjuba fil-konfront tagħhom u ma ngħatawx il-ħelsien mill-arrest.