Futbol Sport

Assist ta’ Teddy Teuma fi draw kontra Bayer Leverkusen

Draw ta’ 1-1 għal Royale Union Saint-Gilloise tal-internazzjonali Malti, Teddy Teuma, barra minn darhom kontra Bayer Leverkusen. Din kienet l-ewwel partita minn tnejn, tal-Kwarti tal-Finali tal-UEFA Europa League.

Mingħajr dubju dan hu riżultat pożittiv għall-Belġjani, b’Teuma kienu hu li serva l-ballun għall-gowl tal-vantaġġ momentarju għal Royale Union Saint-Gilloise, u li kien skorjat minn Victor Boniface fil-51 minuta.

Tmien minuti mid-90 minuta, Florian Wirtz skorja l-gowl tad-dro għall-Ġermaniżi, biex b’hekk kollox għadu miftuħ għal kull tip ta’ eventwalitá, meta fl-20 ta’ dan ix-xahar tintlagħab it-tieni leg bejn dawn iż-żewġ timijiet, biex ikun deċiż minn minnhom se jgħaddi għas-semi-finali ta’ din il-kompetizzjoni.