Rowen Camilleri
BIRKIRKARA……3
PIETÀ H…………….2
Birkirkara: A. Sylla, O. Iorio, E. Pepe (N. Micallef 79’), Y. Yankam, P. Mbong (M. Fedele 82’), K. Zammit, C. Attard, E. Cabrera (K. Tulimiei 81’), S. Zibo, D. Ribeiro (M. Gambin 78’), A. Ciolacu (A. Da Paixao 74’)
Pietà H: R. Cini, S. Okoh, C. Bangura, O. Temitope, D. Zerafa (L. Gatt 83’), J. Ghio (T. Yamaguchi 65’), T. Agius (A. S. Wismayer 65’), A. Hovhannisyan, K. Leonardi (K. Briffa 65’), I. Farrugia (L. Gatt 83’), Z. Leonardi
Imwissija: T. Agius 44’, Z. Leonardi 90+3 (P)
Skorjaw: Y. Yankam 15’, O. Iorio 45’, A. Da Paixao 74’ (B), C. Bangura 64’, O. Iorio a/g (P)
Referee: Slobodan Petrovic
Assistenti Referees: Roberto Vella u Shaun Calleja
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Dennis Ribeiro (Birkirkara)
BOV Plejer tal-Logħba: Y. Yankam (Birkirkara)
Birkirkara aċċertaw mit-tieni post meta l-Ġimgħa filgħaxija fl-Istadium Nazzjonali għelbu lit-tim tal-qiegħ nett Pietà Hotspurs 3-2.
L-Istripes mill-ewwel urew l-intenzjonijiet tagħhom u wara biss żewġ minuti kross ta’ Ribeiro mix-xellug u daqqa ta’ ras ta’ Cabrera tgħaddi ċentimentri barra.
Pietà kienu sfortunati fit-12-il minuta meta x-xutt minn barra l-kaxxa ta’ Temitope ħabat mal-wieqfa qabel ma’ ttajjar mid-difiża.
Birkirkara fetħu l-iskor mal-kwarta logħob meta l-ewwel kien kross ta’ Osvaldo Iorio li Cini tajjar parzjalment bil-ballun jiġi fuq ras Yannick Yankam li kompla fix-xibka.
Ftit qabel in-nofsiegħa logħob xutt mid-distanza ta’ Hovhannisyan ta’ Pietà jgħaddi ftit barra mil-lasti ta’ Sylla.
Fil-31 minuta Samuel Okoh għoddu ħasad lil Amara Sylla meta minn free kick minn tliet kwarti ta’ ground prova direttament fil-lasta, bil-goalkeeper Karkariż ikun xi ftit barra minn post u b’diffikultà jkollu jdawwar f’korner.
Il-goalkeeper ta’ Pietà wettaq save tajjeb fil-41 minuta meta l-kross ta’ Ribeiro sab lil Enrico Pepe li b’xutt mill-isbaħ impenja lil Cini li rrisponda b’save mill-isbaħ.
Minuta wara Paul Mbong daħal fil-kaxxa u x-xutt fil-baxx tiegħu ħabat mal-wieqfa.
Birkirkara rduppjaw fil-45 minuta minn azzjoni mibdija minn Ribeiro li mix-xellug tefa’ kross fil-baxx lejn Cabrera li x-xutt mill-ewwel tiegħu ħabat mal-wieqfa u b’xorti tajba waqa’ f’saqajn Osvaldo Iorio li tefa’ ġewwa f’lasta vojta.
Birkirkara fit-tieni taqsima ħarġu mill-ewwel fuq l-offensiva u fil-55 minuta Ciolacu u Yankam biddlu l-ballun bejniethom b’tal-aħħar jipprova xutt fil-baxx li iżda kien milqugħ minn Cini.
Fit-63 minuta Pietà daħlu lura fil-partita meta wara serje ta’ xuttijiet lejn il-lasta, Clinton Bangura mill-viċin irnexxielu jegħleb lil Amara Sylla.
Birkirkara għamluhom tlieta fl-74 minuta meta Paul Mbong għadda lejn is-sostitut Alex Da Paixao Alves li wara li qabeż plejer fil-kaxxa b’xutt fil-baxx għeleb lil Cini meta l-Brażiljan kien ilu biss minuta fil-pitch.
Pietà reġgħu skorjaw żewġ minuti fuq il-ħin regolamentari meta Temitope minn korner qassam lejn Yamaguchi li x-xutt żbaljat tiegħu ħabat ma saqajn Osvaldo Iorio u baqa’ dieħel fix xibka. Madankollu dan kien tard wisq u ftit wara Slobodan Petrovic saffar tmiem il-partita, bit-tliet punti jmorru għand l-Istripes li kkonfermaw it-tieni post fil-klassifika dan l-istaġun.
