Lokali

Drew Lang b’maratona ta’ 24 siegħa b’risq Puttinu Cares

Lang qed ifakkar il-memorja ta' Victor Calvagna

Il-Ġimgħa waranofsinhar, Drew Lang beda b’maratona tal-ġiri ta’ 24 siegħa bl-għan waħdieni jkun li jinġabru fondi b’risq Puttinu Cares.

Net News żar iz-zona fejn Lang erħilha b’din il-maratona, fejn flimkien miegħu ingħaqdu żewġ persuni oħra. Mal-ewwel waqfa ta’ mistrih tiegħu wara siegħa, Lang tkellem magħna fejn spjegalna eżatt x’se jkun qed jagħmel matul dawn is-sigħat.

Lang spjega kemm din il-maratona tfisser għalih hekk kif se jkun qed jagħmel dan għal ġest nobbli.

Fl-2021, Lang kien għamel il-famuża sfida ta’ 30 Maratona fi 30 Jum fejn matulha irnexxilu jiġbor fuq €16,000.

Apparti li Puttinu Cares jgħin fil-fondi tal-kura ta’ pazjenti Maltin, l-għaqda taħdem biex ikollha propjetajiet qrib l-isptarijiet barra minn xtutna sabiex il-Maltin ikollhom l-iktar kumdità possibli matul iż-żmien diffiċli li jkunu għaddejjin minnhom.