Internazzjonali

Franza: Konferma li l-età għall-irtirar se tiżdied għal 64 sena

L-Ogħla entità kostituzzjonali fi Franza neħħiet l-ostakli legali għaż-żieda tal-pensjoni mill-Istat minn 62 għal 64 sena.

Fl-istess ħin, l-entità – il-Kunsill Kostituzzjonali — ċaħdet is-sejħiet għal referendum mill-avversarji tal-miżura għalkemm, fl-istess ħin, invalidat uħud mir-riformi kontroversjali li ried idaħħal il-President Franċiż Emmanuel Macron minħabba ‘teknikalitajiet legali’.

Il-protesti nazzjonali kontra ż-żieda fl-età tal-pensjoni ilhom għaddejjin minn Jannar u f’Marzu il-Gvern Franċiż kien uża l-poteri speċjali mogħtija lilu mill-Kostituzzjoni biex jisforza r-riformi dwar il-pensjoni mingħajr vot relatat.

Dan waqt li l-Gvern ta’ Macron qed jinsisti li ż-żieda fl-età tal-pensjoni hi essenzjali biex ma tikkrollax is-sistema tas-sigurtà soċjali fil-pajjiż.