It-tnaqqis ta’ korsija għall-karozzi fit-triq tal-Għadira, fid-direzzjoni lejn in-nofsinhar ta’ Malta, hi idea li ma tagħmilx ġid lin-nies iżda ta’ xkiel ieħor għall-mijiet ta’ ħaddiema li jaqsmu lejn Malta, kif ukoll li żżid mal-ħafna traffiku li diġà jeżisti fit-toroq Maltin.
Hekk sostnew id-Deputati Nazzjonalisti Adrian Delia, Alex Borg u Mario de Marco fejn insistew li għalkemm wieħed għandu jilqa’ b’sodisfazzjon titjib fl-infrastruttura, il-Partit Nazzjonalista jħoss li l-infrastruttura trid taqdi lin-nies u trid tkun bi pjan.
Fid-dawl ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista itenni l-ħsibijiet tal-Għawdxin u l-Maltin u jistaqsi x’jiġri jekk jinqala’ xi ħaġa, b’tali mod li l-korsija tingħalaq. Jistaqsi wkoll jekk saritx konsultazzjoni wiesgħa biżżejjed qabel ma twettaq dan il-proġett.
Għaldaqstant, il-Partit Nazzjonalista jtenni li meta jkun se jsir tibdil ta’ dan it-tip, għandu jsir bi pjan u bil-konsultazzjoni meħtieġa.
//= $special ?>