Lokali

IL-ĦADD: L-Attività Politika tal-PN se ssir fid-Dar Ċentrali

Fl-aħħar ħin ittieħdet id-deċiżjoni li l-attività politika ta’ nhar il-Ħadd tal-Partit Nazzjonalista se tkun qed issir fid-Dar Ċentrali.

Oriġinarjament, l-attività kienet se ssir fi Ġnien l-Indipendenza iżda l-pjanijiet kollhom jinbidlu hekk kif ir-rapport tat-temp qed ibassar li se jkun il-maltemp.

Kull persuna hi mistiedna li tattendi l-attività politika, li fost oħrajn se tkun indirizzata mill-Kap tal-PN, Bernard Grech. Din se tibda fl-11:00am.