Tkompli l-kritika minn naħa tal-ħaddiema fis-settur tas-saħħa hekk kif il-carers fis-settur tas-saħħa qed iħossuhom kompletament minsija mill-Gvern Laburista.
Fi stqarrija, Allied Health Care Workers Union qalet kif ilhom is-snin jinnotaw kif ħadd ma japrezza x-xogħol siewi tagħhom.
Huma appellaw għal xi forma ta’ ftehim bejn il-carers u l-Gvern biex jitjiebu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom.
Il-Union qalet li kulma qed jitolbu huma l-iktar affarijiet bażiċi għall-ħaddiema tagħhom sabiex ikunu jistgħu jagħtu l-aqwa u l-għola livell ta’ servizz tas-saħħa f’pajjiżna.
//= $special ?>