Il-kwistjoni tal-introduzzjoni tal-abort, li l-Gvern tal-Labour irid idaħħal f’pajjiżna, bħal donnha tqiegħdet f’ġenb b’mod temporanju. Dan wara l-għagħa kbir li kien tqajjem fost il-Maltin u Għawdxin – bid-daqqa fis-surveys politiċi tinħass mhux ftit għal Robert Abela.
Madanakollu, dan ma jffissirx li l-kwistjoni waqfet hemm u li hija storja tal-passat. Jidher li d-diskussjonijiet għadhom għaddejjin b’mod kontinwu fejn sorsi qrib iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista qalulna illi pubblikament dan is-suġġett waqaf milli jiġi diskuss fl-apert bil-għan li l-mewġa negattiva fil-konfront tat-tmexxija ta’ Abela tikkalma xi ftit.
Il-Ħamis filgħodu l-ġurnalisti staqsew lill-President ta’ Malta George Vella propju dwar dan is-suġġġett – fejn inizjalment kien kemmxejn skomdu sabiex iwieġeb. Biex imbgħad spiċċa stqarr li din il-kwistjoni għadha qed tiġi diskussa.
Kemm –il darba l-President George Vella ġie kkwotat jgħid illi jeklk tiġi ppreżentata quddiemu liġi li permezz tagħha jiġi introdott f’pajjiżna l-qtil tat-tarbija fil-ġuf huwa ma jiffirmax il-liġi …u jkun lest li jirriżenja mill-pożizzjoni tiegħu.
//= $special ?>