Lokali

Il-Ministru tal-Finanzi jinstab ħati li kiser il-Kodiċi tal-Etika meta ppubblika riklam ta’ propaganda

Clyde Caruana instab ħati mill-Kummissarju tal-Istandards illi kiser il-Kodiċi tal-Etika għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Dan b’rabta ma’ riklam li kien ippubblika s-sena li għaddiet fuq il-media soċjali rigward il-kontijiet tad-dawl u l-ilma.

L-ilment quddiem il-Kummissarju tal-Istandards kien sar mill-Professur Arnold Cassola f’Ottubru li għadda.

Għalkemm il-Kummissarju qal li dan il-ksur mhux meqjus bħala wieħed gravi, minħabba li r-riklam kien jiswa’ inqas minn mitt ewro, xorta waħda talab li ssir apoloġija mill-Ministru tal-Finanzi.

Clyde Caruana minn naħa tiegħu talab skuża b’mod formali, u nintrabat li dan il-fatt ma jiġix ripetut fil-futur.

Il-Ministru qal ukoll li il-flus li nefaq ġew rifondati.