Imħabbra Attività tal-Massa f’Jum il-Ħaddiem
“Fl-1 ta’ Mejju se niċċelebraw kif jixraq jum il-ħaddiem, jum fejn nġeddu l-politika favur l-impjegati, l-imprendituri, u l-istudenti – politika li taħdem għal kulħadd”
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech f’intervista li saritlu fuq Net FM ….fejn saħaq li din id-data tfakkar ukoll id-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea – deċiżjoni meħuda mill-poplu grazzi għall- viżjoni tal-Partit Nazzjonalista li għadna ngawdu minnha sal-lum il-ġurnata.
Huwa spjega fil-jiem li ġejjin se jiġu organizzata sensiela ta’ attivitajiet bit-tema Nagħtu s-Saħħa lill-Ħaddiem, li l-qofol tagħhom jintlaħaq fl-1 ta’ Mejju b’attività tal-massa li se tieħu l-forma ta’ protesta kontra l-fatt li l-Gvern ta’ Robert Abela abbanduna lill-ħaddiem.
Intant …meta kkummenta dwar il-fatt li l-Prim Ministru Robert Abela ma jridx jiftaħ inkjesta pubblika b’rabta mal-mewt ta’ Jean Paul Sofia…minkejja l-appelli ta’ ommu Isabelle, Bernard Grech insista li din hija tema li tmur lill’ hinn mill-partiġġjaniżmu u insista li dawn huma ġenituri li jinsabu f’dulur kbir u li ma jixtiequx li ġenituri oħrajn jgħaddu mit-tbatija li għaddejjin minnha huma.
Bernard Grech fakkar li dan ma kienx każ iżolat u staqsa għalfejn Abela qiegħed jara liż-żgħir dubbien…u lil tal-qalba jiddefendihom. Dan filwaqt illi insista li mhux aċċettabbli li Prim Ministru jattakka l-membri tal-ġudikatura …filwaqt illi staqsa x’inhu jagħmel il-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafa.
Il-Kap tal-PN staqsa wkoll għalfejn l-Awtoritajiet mhux jagħtu każ lil omm dan iż-żagħżugħ.
Fl-istess intervista, Bernard Grech staqsa x’sar minn wara li ħarġu l-konklużjonijiet tar-rapport tal-inkjesta li sabet li Bernice Cassar nqatlet minħabba n-nuqqasijiet tal-Istat u fakkar li kull persuna li issa qiegħda ssofri minn vjolenza domestika minkejja li rrapportat lil Pulizija tinsab fuq il-kuxjenza ta’ Robert Abela. Dan filwaqt illi insista li l-Gvern għadu mhux qed jagħti l-għodda neċessarji lil Pulizija u lil Qrati ta’ pajjiżna. Fuq Net FM, il-Kap tal-PN appella wkoll lill-Gvern sabiex jiftaħ kawża biex iġib l-€400 miljun mid-deals frawdolenti ta’ Vitals u Steward lura, u insista biex Robert Abela ma jibqax dgħajjef u jiprova jirredikola l-intelliġenza tal-poplu.
//= $special ?>