Is-sewwieq Irlandiż tar-Rally Craig Breen tilef ħajtu traġikament meta tilef il-kontroll tal-vettura tiegħu waqt test event li qed isir bi tħejjija għar-rally tal-Kroazja.
Il-ko-pilota James Fulton ma ġralu xejn f’dan l-inċident. It-tim tiegħu Hyundai Motorsport ikkonferma din l-aħbar traġika. Breen kien ma’ diversi timiiet fil-passat u ilu jieħu sehem fil-kampjonat dinji tar-Rally sa mis-sena 2009. Breen beda l-karriera tiegħu fil-karting qabel qaleb għar-Rally fejn kellu diversi suċċessi u diversi drabi spiċċa fuq il-podium.
Fl-2012 waqt tellieqa fl-Italja, Breen kien ukoll involut f’inċident traġiku meta l-ko-pilota tiegħu Gareth Roberts tilef ħajtu.
//= $special ?>