It-12-il edizzjoni tal-International Goalkeeper Battle din is-sena se ssir bejn it-2 u t-3 ta’ Ġunju fil-grawnd ta’ San Ġwann, bil-profitt minn din l-attività imur b’risq ZamZam Foundation li tassisti pazjenti bil-marda tal-leukemia.
Il-kategoriji għal din is-sena huma dawk tas-subien U9, U11, U13, U15, U17, U19 u kbar kif ukoll tal-bniet U15 u kbar. Kunċett ġdid li ser jiġi introdott din is-sena huwa unur li se jingħata lil dak il-klabb li se jkollu l-akbar ammont ta’ rebbieħa ta’ medalji f’din l-edizzjoni.
Ir-rebbieħa, kif ukoll dawk li jikklassifikaw fit-tieni u t-tielet post ta’ kull kategorija se jingħataw trofew. Il-parteċipanti kollha se jingħataw kit, ingwanti u medalja kommemorattiva. L-applikazzjonijiet jagħlqu l-Ġimgha 26 ta’ Mejju u l-poloz se jitilgħu nhar it-Tnejn 29 u t-Tlieta 30 ta’ Mejju.