Lokali Qorti

Kontestat mandat ta’ arrest Ewropew ta’ Rumen li nstab ħati fuq evażjoni ta’ taxxa

Rumen qed jikkontensta proċeduri ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li kien inħareġ fit-3 ta’ Ġunju 2020 minn pajjiżu fejn kien instab ħati li evada t-taxxa u li għandu jservi piena ta’ snin ħabs. Viorel Otan qed jintalab biex jintbagħat lura pajjiżu mill-Qorti Distrettwali ta’ Parhova, fejn jirriżulta li s-sentenza hija relatata wkoll ma’ offiżi ta’ falsifikazzjoni ta’ dokumenti pubbliċi.

F’rikors li ġei preżentat fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili fil-ġurisidizzjoni Kostituzzjonali tagħha Otan qed jgħid li huwa kien appella minn deċiżjoni li ngħatat fil-Qorti tal-Maġistrati fis-27 ta’ Marzu li għadda, liema appella għad li jrid jinstema’. Qed jgħid li dawn il-proċeduri kif ukoll il-proċess li kellu fir-Rumanija qed jiksrilu d-drittijiet Kostituzzjonali tiegħu kif ikkontemplati fl-artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Dittijiet tal-Bniedem u l-artikolu 9 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta.

Qed jgħid li hu kien tressaq fir-Rumanija fl-2014 u dik il-Qorti kkundannatu għal piena ta’ ħames snin probation u jħallas ammont ta’ flus. Sadanittant ftit qabel ma kien se jgħaddi t-terminu tal-probation, saret denunzja fil-konfront tiegħu fejn ġie allegat ma ħallasx is-somma indikata u dik il-Qorti ġiet mitluba tikkundannah tliet snin ħabs.

Ir-rikors jgħid ukoll li Otan qatt ma ġie notifkat f’ Malta għall-kawża li kellha ssir fl-2020 quddiem il-Qorti Rumena u b’mod sorprendenti dik il-Qorti nnotifkat lil ċertu Nakxu Carmen li kien l-avukat tiegħu f’materja ċivili, bid-data tas-seduta.

Madankollu, għal Otan kien qed jidher l-Avukat Boqdan Palade u għalhekk ma jistax jifhem kif għal tal-anqas ma ġiex notifikat l-avukat difensur tiegħu li kien assistih fil-proċeduri kriminali. Ftit qabel is-seduta Otan kien mgħarraf minn Carmen li kellu udjenza quddiem il-Qorti fir-Rumanija u qallu biex  iqabbad avukat ta’ fiduċja. Hu għalhekk għamel l-almu kollu u nkariga lil ċertu Adrian Cuculis.

Huwa anke esebixxa s-sitema ta’ revolut transfer ta’ pagamenti li huwa għamel lil dan l-avukat. Dan iżda ma dehrlux għas-sedutya u minflok bagġħat lil ċerta Alina Dalgoci. Wara rriżulta li lanqas din l-avukat ma marret għal kawża, u din bagħtet lil xi ħadd ieħor bla esperjenza u li ma kellhiex żmien tipprepara l-każ u titkellem ma’ Otan.

Ingħad ukoll li f’dan iż-żmien faqqgħet il-pandemija tal-Covid fejn kie  aktar diffiċli biex b’xi mod jorganiżża difiża serja. Minkejja li huwa minnu li l-Qorti tad-Drittijiiet tal-Bniedem tikkonċedi li jista’ jingħata sentenza meta ma jkunx preżenti, f’dawn iċ-ċirkostanzi jrid jingħata l-aċċess sabiex jiddeffendi lilu nniffsu b’mod adekwat.

Għaldaqstant Otan qed jgħid li l-mandat ta’ arrest li sar fil-konfront tiegħu huwa wieħed invalidu u ma kienx garanti id-dritt għas-migħ ġust tiegħu u talab ukoll lill-Prim Awla tal-Qorti Ċivili biex tirrevoka l-mandat ta’ arrest u tagħtih ir-rimedji kollha neċċessarji. Ir-rikors ġie preżentat mill-Avukati Josè Herrera, Alfred Abela u Matthew Xuereb.