Aktar minn 500 paġna ta’ evidenza. Dokumenti sigrieti illi qatt ma dehru qabel. Komunikazzjonijiet illi jitfgħu dawl fuq każ serju ta’ cover-up mill-istituzzjonijiet.
Dawn huma biss ftit mill-elementi li mistennija jispikkaw fil-pubblikazzjoni l-ġdida tan-nutar Robert Aquilina; ktieb illi se jiġi preżentat nhar is-Sibt li ġej.
F’kummenti lis-sit NetNews.com.mt, Aquilina żvela kif il-ktieb innifsu fih dokumenti li huma awtentiċi u li jitfgħu dawl fuq wieħed mill-akbar skandli tal-Gvern.
Robert Aquilina qed jinsisti li l-ktieb tiegħu se jippreżenta provi li ma jista’ jmerihom ħadd dwar sistema ta’ organizzazzjoni kriminali li tħalliet topera minn pajjiżna bil-barka ta’ politiċi u uffiċjali pubbliċi.
F’750 paġna, li jinkludu analiżi tal-awtur, jiġi spjegat kif l-awtoritajiet Maltin tradew lill-poplu u fetħu l-bibien beraħ biex din l-organizzazzjoni kriminali timraħ f’pajjiżna. Dan apparti li l-ktieb jiżvela evidenza ċara ta’ cover up minn uffiċjali għolja tal-pulizija.
//= $special ?>