Il-Gvernatur Repubblikan ta’ Florida, Ron DeSantis, iffirma abbozz ta’ liġi li jipprojbixxi l-parti kbira tal-proċessi tal-abort wara sitt ġimgħat—bil-pass iwitti t-triq għall-bidliet drastiċi fl-aċċess għall-proċedura f’dan l-Istat Amerikan.
L-avversarji tal-abbozz qed jgħidu li l-perjodu ta’ sitt ġimgħat għandu jitqies bħala ż-żmien qabel ħafna nisa jsiru jafu li ħarġu tqal. Intant il-liġi mgħandhiex tidħol fis-seħħ sakemm qorti tiddeċiedi dwar sfida legali għall-projbizzjoni eżistenti għall-abort fuq perjodu ta’ 15-il ġimgħa.
Min-naħa tiegħu, il-Gvernatur DeSantis qal li li jħossu kburi b’li jista’ ‘jappoġġja l-ħajja u l-familja’ fl-Istat ta’ Florida u li l-abbozz tal-liġi għandu jiddefendi d-dinjità tal-ħajja minbarra li jibdel l-Istat ta’ Florida f’wieħed ‘li jiffavorixxi l-interessi tal-familja’.
//= $special ?>