Il-Bank tad-Dinja għandu jipprovdi mal-200 miljun dollaru għar-restawr tal-infrastruttura tal-enerġija fl-Ukrajna li spiċċat suġġetta għall-isparar speċifiku ta’ missili mill-qawwiet Russi.
Il-Prim Ministru Ukren Denys Shmyhal qal li l-finanzjament min-naħa tal-Bank għandu jappoġġja proġett għat-tiswija tal-faċilitajiet inkwistjoni bħala parti minn impenn ta’ emerġenza fid-dawl taċ-ċirkustanzi fl-Ukrajna.
It-tiswijiet, intant, huma pjanati li jsiru l-aktar fuq it-transformers tal-enerġija, il-mobile heat boilers u tagħmir ieħor kritiku għall-provvista tad-dawl fl-Ukrajna.
//= $special ?>