MARSAXLOKK………………..1
FLORIANA……………………….5
Marsaxlokk: M. Drobnjak, E. Uzeh, A. Attard, P. Xuereb (T. Vella 76′), P.P. Sammut (S. Ferraris 56′), D. Mifsud, (V. Sanogo 56′) J. C. Aguillar, R. Scicluna, S. Moracci, D. Vukovic (K. Dimech 87′), D. Agius
Floriana: R. Cutajar, A. M. Overend, O. El Hasni (E. Micallef 86′), Z. Cassar, M. Veselji, J. Arias, O. Spiteri, L. Accarino (R. Formosa 86′), L. Trillo (K. Reid 64′), E. Callegari, J. Busuttil (A. Melunovic 73′)
Imwissija: M. Drobnjak 45+1′, S. Ferraris 78′ (M)
Skorjaw: Z. Cassar 27′, L. Trillo 32′, J. Arias 39′, J. Busuttil pen 45+1′, 52′ (F), T. Vella 87′ (M)
Referee: Ezekiel Barbara
Assistenti Referees: Alan Camilleri u Slawomir Olucha
In-Nazzjon Plejer tal-logħba: Jan Busuttil (Floriana)
BOV Plejer tal-Logħba: Jan Busuttil (Floriana)
Prestazzjoni mill-aqwa minn Floriana hekk kif fis-Centenary Stadium għelbu lil Marsaxlokk bl-iskor kbir ta’ 5-1. Sa tmiem l-ewwel taqsima l-Greens kienu diġa għalqu l-partita meta kienu diġa 4-0 minn fuq. Għal Marsaxlokk din kienet it-tielet telfa konsekuttiva li issa tikkonfermalhom il-11-il post fil-klassifika.
Floriana fetħu l-iskor fis-27 minuta meta kien Zachary Cassar li b’xutt b’saħħtu għeleb lil Drobnjak wara kross ta’ Adam Magri Overend.
Għaddew biss ħames minuti u Floriana għamluhom tnejn minn azzjoni mibdija minn Jan Busuttil li għadda lejn Lorenzo Trillo li b’xutt mill-ewwel tefa’ ġewwa.
Fid-39 minuta jasal it-tielet gowl Furjaniż. Mattia Veselji jgħaddi lejn Jose Arias li b’xutt sabiħ tefa’ fix-xibka.
Fil-45 minuta Floriana ingħataw penalty wara li l-goalkeeper Xlukkajr deher iwaqqa’ lil Veselji fil-kaxxa u mill-11-il metru kien il-plejer tal-logħba Jan Busuttil li ma falliex bl-ewwel taqsima tispiċċa 4-0 favur Floriana.
Floriana ma kienux kuntenti u fit-53 minta skorjaw il-ħames gowl meta Jan Busuttil irċieva bit-takkuna mingħand Mattia Veselji bin-numru 30 ta’ Floriana mill-viċin tefa’ wara Drobnjak.
Marsaxlokk skorjaw il-gowl tal-bandiera fis-87 minuta minn free kick dirett mogħti mis-sostitut Terence Vella għal skor finali ta’ 5-1 favur Floriana
//= $special ?>