Lokali

Repubblika tistenna li l-Ministru Owen Bonnici jieħu passi fejn ix-Xandir Pubbliku ntuża favur in-Naziżmu

Fi stqarrija l-għaqda Repubblika saħqet li tistenna li l-Ministru Owen Bonnici jieħu passi xierqa dwar l-iskandlu fejn ix-Xandir Pubbliku ntuża favur in-Naziżmu.

Il-persuni li għandhom responsabilità editorjali fil-PBS u li kienu involuti f’dan l-iskandlu għandhom jirriżenjaw.  Jekk ma jagħmlux hekk, il-Ministru Owen Bonnici għandu jneħħihom inkella jkun qed jaqbel magħhom u jassumi r-responsabbiltà ta’ għemilhom.

Dan l-iskandlu huwa ħolqa oħra fil-katina tal-mistħija tal-PBS li ġie mibdul fi stazzjon medjokri, dilettantesk u ta’ propaganda minflok servizz ta’ edukazzjoni u tagħrif oġġettiv, ta’ kwalità u korrett.

Huwa inaċċettabli li x-Xandir Pubbliku minflok jeduka n-nies ikun użat biex jippromwovi lil Hitler, in-Naziżmu u t-tgħawwiġ tal-istorja.

Repubblika tittama li l-Ministru Bonnici tgħallem xi ħaġa wara li nstab ħati mill-Qorti li kiser id-drittijiet fundamentali u ma jibqax gallerija f’dan l-iskandlu.