Lokali

AĠĠORNATA: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li ttajjar fi Triq il-Kosta

Raġel li l-identità tiegħu għadha mhux magħrufa jinsab fil-periklu tal-mewt wara li s-Sibt waranofsinhar għall-ħabta tat-3.30 ittajjar fl-inħawi tas-Salina fi Triq il-Kosta minn vettura tal-għamla BMW misjuqa minn żagħżugħ ta’ 22 sena residenti Mosta.

Fuq il-post ġiet imsejħa ambulanza li tat l-ewwel għajnuna, bl-awtoritajiet ġew imsejħa biex jikkontrollaw it-traffiku li nġemma’ fiz-zona, dan hekk kif minħabba dan l-inċident, fuq il-post inġema’ ammont kbir tat-traffiku.

Għal xi ħin is-sewwieqa kienu qed ikunu mħeġġa jevitaw iz-zona, dan hekk kif iż-żewġ karreġġjati kienu jinsabu magħluqa.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna lir-raġel u ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn anke tard ġie kkonfermat li sofra ġrieħi serji u jinsab fil-periklu tal-mewt.

Ma’ Net News il-Pulizija kkonfermat li dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Noel Bartolo.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan l-inċident.