Iż-żewġ timijiet ta’ Ħamrun 147 issa qed jokkupaw l-ewwel żewġ postijiet fin-National League tal-Blackball hekk kif Ħamrun 147 A telgħu fit-tieni post żewġ punti taħt it-tim B wara rebħa ta’ 11-5 fuq Valletta Breakwater.
Din it-telfa għal Valletta Breakwater waslet wara li fil-partita ta’ qabel kienu għelbu lil Cospicua Rangers 11-8.
Fir-Regional League, Birkirkara Youngsters għadhom fl-ewwel post wara li ddominaw il-konfront tagħhom kontra Juve Birkirkara A 11-0.
Fit-tieni post hemm Birkirkara Duke’s A u Mosta St Mary’s A li rebħu l-logħbiet tagħhom kontra San Ġwann Nick’s A 11-9 u Każin Pinto Qormi B 11-8.
F’aktar logħbiet, Ħamrun 147 C saħħew is-sitt post tal-klassifika wara skor ta’ 11-8 kontra San Ġwann White Hart filwaqt li Birkirkara Boċċi ma sabuhiex faċli kontra Selmun Bar A għalkemm rebħu 11-9.
Fi grupp A tal-Community League, Valletta Fossa Boys u Juve Birkirkara B jinsabu jaqsmu l-ewwel post wara li rebħu bl-iskor identiku ta’ 11-5 konra Selmun Bar C u Domus Kids Żejtun rispettivament.
Birkirkara Duke’s B għelbu lil PL Balzan A 11-8 f’logħba oħra li ntlagħbet.
Fi grupp B, PL Balzan B komplew iżommu l-konsistenza wara li għelbu lil Mosta St Mary’s C 11-3 sabiex baqgħu jżommu l-quċċata u jinsabu jgawdu tliet punti vantaġġ fuq Ħamrun 147 D li min-naħa tagħhom rebħu lil PN Mġarr 11-7.
Taċ-Ċaċċu Qormi kisbu t-tielet rebħa staġjonali wara li fid-dwell tan-naħa t’isfel tal-klassifika għelbu lil San Ġwann Nick’s B 11-3.
//= $special ?>