HIBERNIANS……………1
SIRENS…………………….1
Hibernians: I.Kone, F.Apap (G. Llerena 71’), K.Shaw, J.Grech, B.Kristensen (J.Degabriele 81’), Z.Grech, J. De Oliveira Florencio, A.Agius (T.Aldama 81’), G.Artiles, Y.Muritala, A. Diakite
Sirens: M.Grech, G.Camilleri, M.Muniz, K.Sano (D.Jackson 65’), R.Tachikawa, A.Borg, J.Walker, A.Vaikanah, A.Cini, R.Correa Duarte, S.Sessegnon (A.Vella 73’)
Referee: Darryl Agius
Skorjaw: Y. Muritala 27′ (H), R. Correa 75′ (S)
BOV Plejer tal-Logħba: Ali Diakite (Hibernians)
Hibenrians komplew jikkomplikaw l-affarijiet fit-taqtiegħa għal post fl-Ewropa, meta fit-Tony Bezzina Stadium kienu miżmuma 1-1 minn Sirens. Għat-tim minn San Pawl il-Baħar dan kien il-ħames riżultat pożittiv wara li kienu ġejjin minn erba’ rebħiet infila.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet minn Hibernians wara 23 minuta meta Artilles għadda lejn Jake Grech li prova xutt lejn il-lasti ta’ Matthew Grech, b’dan tal-aħħar iwettaq save sabiħ u Muritala mir-rebound jitfa’ għoli.
Erba’ minuti wara il-Pawlisti marru minn fuq minn azzjoni mibdija minn Bjorn Kristensen li għadda lejn Yanusa Muritala li mil-viċin ma żbaljax u għeleb lil Grech.
Din kienet l-aħħar azzjoni tal-ewwel taqsima b’Hibernians jidħlu jistrieħu gowl minn fuq.
Wara nuqqas ta’ azzjonijiet fit-tieni taqsima, fl-ewwel azzjoni perikoluża Sirens ikkastigaw lil Hibernians permezz tal-eks Gżira Ricardo Correa Duarte li x-xutt tiegħu kien milqugħ parzjalment minn Kone iżda baqa’ dieħel fix-xibka.
Minkejja t-tentattivi ta’ Hibernians biex jiksbu l-gowl tar-rebħa, dan ma wasalx u kellhom jikkuntentaw bi draw li jkabbar il-problemi fil-klann Pawlist meta issa fadal logħba waħda u l-kwalifikazzjoni Ewropea issa hija aktar diffiċli.
