Internazzjonali

IL-ĠAPPUN: Il-Prim Ministru Kishida evakwat wara splużjoni

Il-Prim Ministru tal-Ġappun, Fumio Kishida kien evakwat minn attività pubblika wara splużjoni li seħħet fil-qrib. L-isplużjoni seħħet mumenti qabel kien se jagħmel diskors fil-port ta’ Saikazaki.

Il-pulizija arrestaw raġel fuq il-post, b’xhieda qalu li raw persuna titfa’ oġġett u mbagħad kien hemm nstema’ l-ħoss tal-isplużjoni segwit minn duħħan.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.

Rapporti internazzjonali qed jgħidu li isplużjoni kienet ta’ smoke bomb.