Internazzjonali Mużika

Imut il-ko-fondatur u l-kitarrist ta’ The Script

Il-ko-fondatur u l-kitarrist ta’ The Script, Mark Sheehan miet fl-età ta’ 46 sena wara marda li ħakmitu fl-aħħar ġimgħat.

Il-band ma ħabritx x’kienet il-kawża ewlenija tal-band mal-aħbar tal-mewt tiegħu.

Sheehan kif ifforma l-grupp The Script fimkien ma’ Danny O’Donpghue u Glen Power fl-2001, bil-grupp mużikali jilħaq tragward wara tragward u bosta suċċessi tul is-snin.

Bosta kienu ddeskrivew il-karattru ferrieħi ta’ Sheehan, fejn il-President Michael Higgins tenna wkoll li Sheehan kien eżempju ċar tas-suċċess mużikali Irlandiż li wassal sa livelli kbar internazzjonli.