Raġel ta’ 41 sena qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien milqut minn arma tan-nar li kien qed juża hu stess.
Il-Pulizija ġiet infurnata mill-Awtoritajiet tas-Saħħa li kien idaħħal raġel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn dan l-inċident seħħ is-Sibt waranofsinhar għall-ħabta tas-1:30pm f’shooting range li tinsab fit-Trejqa Ta’ Xurdin, in-Nadur Għawdex.
Mill-investigazzjoni li saret irriżulta li r-raġel ta’ 41 sena residenti l-Għarb, weġġa’ b’mod aċċidentali wara li kien milqut f’saqajh minn tir ta’ arma tan-nar li kien qed juża hu stess.
Ir-raġel ingħata l-għajnuna minn persuna li kienet preżenti sabiex ittieħed l-isptar għall-kura meħtieġa.
Aktar tard ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>