Lokali

Kenneth Haber jinħatar Deputat Kummissarju minflok Ramon Mercieca

Net News jista’ jikkonferma li l-Assistent Kummissarju tal-Pulizija Kenneth Haber inħatar Deputat Kummissarju minflok Ramon Mercieca.. hekk kif Mercieca bħalissa jinsab fuq long term sick leave.

Ramon Mercieca, kien irreżenja mill-pożizzjoni tiegħu fil-bord tal-FIAU – jumejn biss wara li ġie ppubblikat ritratt tiegħu jattendi l-gender reveal party ta’ Rosianne Cutajar.

S’issa jidher li Mercieca għadu ma rriżenjax mill-Korp tal-Pulizija, iżda ħareġ biss fuq sick leave fit-tul

Informazzjoni li waslet għand Net News tikkonferma li Kenneth Haber inħatar f’dan l-irwol ilbieraħ filgħaxija.