Futbol Sport

Rebħa faċli għal Mosta kontra Żebbuġ Rangers

(Ritratt: Catriel Farrugia)

ŻEBBUĠ R…………………..0

MOSTA………………………..5

Żebbuġ R: J.Azzopardi, H.Marcellino (R.Vella 80’), S.Bugeja, L.Almeida, Y.Tonna (J.Sciberras 80’), A.Mizzi, C.Lokoli Ngoy, E.Sanchez, A. Maldonado Soto (G. Tanti 80’), S.Miloskovic (33’ M.Chetcuti), J.Gesualdi

Mosta: E. Akpan, R.Briffa (N.Agius 65’), E.Christ, D.Bonnici (J.Vassallo 46’), K.Yamzaki (G.Eziefula 46’), B.Diarra (L.William 74’), T.Farrugia (M.Akrong 46’) M.Okoh, K.Steve, Z, Brincat, R.Ekani

Skorjaw: M.Okoh 22’, Z.Brincat 42’, C.Ememe 71’, Z.Brincat 77’, Z.Brincat 85’.

Imwissija: A.Maldonado Soto 45’, J.Gesualdi 45’ (Ż), D.Bonnici 46’, B.Diarra 45’, T.Farrugia 45’ (M)

Tkeċċa: J.Azzopardi 31’ (Ż)

Bov plejer tal-logħba: M.Okoh (M)

Referee: Glenn Tonna

Rebħa komda għal Mosta kontra Żebbuġ Rangers b’Zachary Brincat isib ix-xibka tlett darbiet għal dik li hija bla dubju waħda mill-aħjar partiti tiegħu dan l-istaġun. Din it-telfa tkompli tpoġġi lil Żebbuġ Rangers f’ baħar t’inkwiet hekk kif issa jinsabu fiż-żona tar-relegazzjoni, b’punt inqas minn Santa Lucia.

Il-Mostin damu sat-22 minuta sabiex fetħu l-iskor, hekk kif kien Michael Okoh li daħal fil-kaxxa mix-xellug u kkonkluda bil-kalma minn kross preċiż.

L-isfortuna kompliet tikber għal Żebbuġ Rangers hekk kif fil-31 minuta tkeċċa l-goalkeeper Jamie Azzopardi wara li tajjar il-ballun b’idu barra l-kaxxa.

Mosta rduppjaw l-iskor wara 42 minuta logħob b’din id-darba Zachary Brincat jiskurja l-ewwel gowl tal-partita tiegħu minn suġġeriment ta’ Okoh.

Fis-70 minuta Mosta għal darb’oħra sabu x-xibka. Christ Ememe xeħet ġewwa minn penalty minn foul kommess fuq Okoh.

Ftit minuti wara l-Mostin skurjaw ir-raba’ gowl tagħhom, b’Zachary Brincat għal darb’oħra jniżżel ismu mal-iskorers.

Zachary Brincat ikkonkluda t-tripletta personali tiegħu fil-85 minuta biex b’hekk għalaq għal kollox il-partita, b’ Mosta jieħdu t-tlett punti u jkomplu jitilgħu l-fuq fil-klassifika.