Futbol Sport

Santa Lucia jiksbu punt li jaf ikun mitqlu deheb għas-salvazzjoni

(Ritratt: Joseph Galea)

SANTA LUCIA……………..1

ĦAMRUN S………………..1

Sta.Lucia: M. C. Cremona, M. Vella, N. Pulis, R. Bairam, L. Ayad (D Pacheco 90+4), D. Xuereb, J. Pisani, F. Rodrigues, R. Soares, Y. Terzi, R. Hehedosh

Ħamrun S.: C. Santos, M. Guillaumier, L. Montebello (M. Mifsud 83′), E. Mashike, R. Prsa, R. Callegari, K. Holmberg (J. Soares 70′), J. Mbong, E. Marcelina, R. Camenzuli, C. Da Silva Barbosa (J. Robert 70′)

Referee: Malcolm Spiteri

Skorjaw: E. Mashike pen 36′ (Ħ), J. Tanti 79′ (Sl)

BOV Plejer tal-Logħba: Robert Hehedosh (Santa Lucia)

Wara erba’ rebħiet infila fil-kampjonat, iċ-champions Ħamrun Spartans waqgħu il-punti meta kienu miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Santa Lucia. Għas-Saints dan kien punt importanti ħafna fil-ġlieda kontra r-relegazzjoni biex issa sabu ruħhom fil-pożizzjoni tal-play-off, punt fuq Żebbuġ Rangers.

Fis-17-il minuta Montebello jitfa’ kross mix-xellug lejn Kalle Holmberg, bix-xutt tal-Iżvediż ikun milqugħ minn Calleja Cremona.

Minuta wara Joseph Mbong jipprova xutt b’saħħtu li deher iddestinat lejn il-lasta iżda kien devjat f’korner mid-difiża.

Calleja Cremona jerġa jkun impenjat fil-21 minuta meta kellu jdawwar f’korner id-daqqa ta’ ras ta’ Kalle Holmberg.

Ħamrun fetħu l-iskor fis-36 minuta meta r-referee Malcolm Spiteri saffar penatly favur tagħhom wara li Luke Montebello deher jitwaqqa’ fil-kaxxa minn Mattias Vella u mill-11-il metru l-aqwa skorer tal-Ispartans Elvis Mashike tefa’ wara Calleja Cremona. L-iskor baqa’ ma nbidilx sa tmiem l-ewwel taqsima u Ħamrun jidħlu jistrieħu 1-0 minn fuq.

Santa Lucia bl-ewwel attakk fit-tieni taqsima wara biss ħames minuti fejn kien il-plejer tal-logħba Robert Hehedosh li iżda l-konklużjoni tiegħu marret barra.

Hehedosh jipprova xutt ieħor fil-71 minuta li l-goalkeeper ta’ Ħamrun Cristian Santos b’diffikultà jkollu jdawwar f’korner.

Santa Lucia kisbu l-gowl tad-draw tmien minuti wara fejn kien is-sostitut Jan Tanti li wara li avvanza u b’konklużjoni preċiża għeleb lil-goalkeeper Brażiljan ta’ Ħamrun.

L-aħħar tentattiv ta’ Ħamrun li jakkwistaw it-tliet punti wasal fil-ħin miżjud bix-xutt tas-sostitut Jorge Soares ikun milqugħ minn Calleja Cremona biex fit wara Malcolm Spiteri jsaffar tmiem il-konfront biż-żewġ timijiet jieħdu punt kull wieħed li għal Santa Lucia jaf ikun mitqlu deheb.