Lazio komplew saħħew it-tieni post fil-klassifika wara l-leaders Napoli meta għelbu lil Spezia barra minn darhom.
Lazio fetħu l-iskor permezz ta’ penalty skorjat minn Immobile biex fit-tieni taqsima kabbru l-iskor permezz ta’ Felipe
Anderson u Antonio.
Cremonese kabbru xi ftit it-tamiet tagħhom meta għelbu lil Empoli 1-0. Il-gowl li ta r-rebħa lil Cremonese wasal wara biss erba’ minuti logħob permezz ta’ Dessers.
Intant illum jidħu fl-azzjoni t-tlett timijiet li kienu mpenjati fil-kwartifinali tal-UEFA Champions League, Napoli, Milan u Inter.
L-iktar impenn diffiċli jidher li hu dak ta’ Milan li jkunu fi Stadio Dall’Ara kontra Bologna fejn Pioli mistenni li jagħmel
diversi tibdiliet biex iserraħ il-plejers qabel il-logħba ta’ ritorn kontra napoli.
Anki l-kowċ ta’ Napoli Spalletti mistenni li jagħmel l-istess meta Napoli jospitaw lil Hellas Verona, tim li għadu jittama li jeħles mir-relegation.
Inter wara s-suċċess importanti kontra Benfica jippruvaw jirritornaw għar-rebħ anki fil-kampjonat meta f’San Siro jospitaw lil Monza.
Ilbieraħ
Cremonese v Empoli 1-0
Spezia v Lazio 0-3
Illum
15:00 Bologna v Milan
18:00 Napoli v Verona
20:45 Inter v Monza
Għada
12:30 Lecce v Sampdoria
15:00 Torino v Salernitana
18:00 Sassuolo v Juventus
20:45 Roma v Udinese
It-Tnejn
20:45 Fiorentina v Atalanta