Futbol Sport

Tkompli l-isfida bejn Arsenal u Man City

(Ritratt: EPA)

Fl-Ingilterra tkompli l-isfida fil-quċċata tal-klassifika bejn Arsenal u Manchester City qabel il-konfront dirett ta’ bejniethom fis-26 ta’ April.

Arsenal igawdu minn sitt punti vantaġġ fuq iċ-champions li iżda lagħbu logħba inqas. Għal Arsenal impenn iktar diffiċli din il-ġimgħa fejn ikunu mpenjati għand West Ham f’derby ieħor ta’ Londra, filwaqt li Man City mhux mistennija jfallu kontra Leicester.

Illum
13:30 A. Villa v Newcastle
16:00 Chelsea v Brighton
16:00 Everton v Fulham
16:00 Southampton v Palace
16:00 Tottenham v B’mouth
16:00 Wolves v Brentford
18:30 Man City v Leicester
Għada
15:00 West Ham v Arsenal
17:30 Nottingham v Man U