Futbol Sport

Valletta jirritornaw għar-rebħ

(Ritratt: Andre Farrugia)

GUDJA U……..1
VALLETTA…….2

Valletta rritornaw meta għelbu lil Gudja 2-1 u minkejja li lagħbu għal kważi t-tieni taqsima kollha bi plejer inqas.

Kienet logħba fejn Valletta ddominaw fl-ewwel taqsima u bnew vantaġġ doppju, iżda wara li spiċċaw bi plejer inqas kienu Gudja li ħadu kontroll tal-logħba iżda ma rnexxielhomx isalvaw ir-riżultat.

Valletta fetħu l-iskor fil-31 minuta meta minn azzjoni ta’ korner kien Christian Gauci li skorja mill-viċin.

Seba’ minuti wara Valletta rduppjaw meta Paiber seraq bal-lun lil Arthur u spara l-ballun fix- xibka.

Fil-bidu tat-tieni taqsima Valletta kellhom lil Nilitinho mkeċċi u minn hawn I‘Il quddiem kienu Gudja li ddominaw, iżda setgħu isibu x-xibka biss fl-84 minuta bi freekick mill-isbaħ ta’ Samuel Gomes li skorja gowl tal-istampi.

(Ritratt: Andre Farrugia)