Mijiet ta’ Maltin, Għawdxin u saħansitra turisti rritornaw fit-toroq tal-Imġarr għal edizzjoni oħra ta’ Festa Frawli… fejn setghu jduqu l-frawli frisk li l-Imġarr tant hu mgħaruf għalih.
Fil-fatt, provvista kostanti ta’ frawli frisk kien għall-bejgħ matul il-ġurnata, bl-attività inkludiet varjetà wiesgħa ta’ deżerti, ikel u xorb, kollha magħmula b’dan il-frott bnin.
Spikkaw b’mod speċjali t-tpinġijiet tat-tfal ta’ diversi skejjel b’rabta mal-attività, li laqgħu lil dawk kollha li żaru l-villaġġ agrikolu.

Ma’ Net News tkellem l-istoriku Mario Vassallo li spjegalna kemm il-frawli jmur lura fiż-żmien f’pajjiżna.
L-imġarr, wieħed ma kienx isib biss frawli frisk iżda wkoll diversi ikel magħmul mill-frawli, fosthom kannoli, u kejkijiet… bl-iktar kejk li spikka, bla dubju ta’ xejn kien dak li jiżen mal-250 kilogramma, kif jispjegalna iktar wieħed mill-kok li ħadem fuqu, Marlon Roberts.
Izur festa Festa Frawli kien hemm ukoll il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech flimkien mas-sinjura tieghu AnnMarie, akkumpanjati minn diversi deputati tal-Partit Nazzjonalista fejn setgħu japprezzaw ix-xogħol ma jaqta’ xejn tal-bdiewa Maltin li joffru ikel bnin ta’ kuljum.
Ritratti: Joseph Galea
//= $special ?>