“Għandna l-obbligu li niġġeddu u nerġgħu nirbħu l-fiduċja tan-nies sabiex għal darb’oħra nerġgħu nkunu ta’ aspirazzjoni għall-poplu Malti . Flimkien magħkom se nkomplu naħdmu għal futur sabiħ għal pajjiżna””
Dan kien il-messaġġ li wassal il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione meta indirizza l-attività politika li saret il-Ħadd filgħodu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Alex Perici Calascione sostna li llum il-ġurnata minflok Malta hija tagħna lkoll bħal ma kienet l-għajta tal-Partit Laburista fil-Gvern, illum għandna lil Malta tal-ftit u tal-qalba fuq naħa, u Malta tal-ħaddiema fuq in-naħa l-oħra. Illum għandna lil Malta ta’ min jitħanżer fuq naħa u lil Malta ta’ min jissielet t’ kuljum biex jissalvagwardja lill-pajjiż fuq in-naħa l-oħra.
“Għadna istituzzjonijiet li jiddandnu ma’ min hu dgħajjef, u min verament irid jagħti kont ta’ għemilu jeħlisha ħafif qisu xejn m’hu xejn. “
Il-Viċi Kap tal-PN tkellem fuq il-każ ta’ Jean Paul Sofia, hekk kif il-familja u l-ħbieb ta’ dan iż-żagħżugħ li tilef ħajtu intortament f’Diċembru li għadda qegħdin jitolbu lill-Prim Ministru sabiex jaħtar inkjesta pubblika, iżda sa issa Robert Abela għadu qiegħed ikaxkar saqajh u għal xi raġuni mhux magħrufa għadu jirrezisti inkjesta indipendenti. Alex Perici Calascione jistaqsi “lil min qiegħed jiddefendi il-Prim Ministru?”
“Iridu nibqgħu niġġieldu bil-qawwa għall-ġustizzja, u parti minn din il-ġlieda iridu nibqgħu nressqu l-proposti biex l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna jibdew jaħdmu kif suppost. Aħna ilkoll mgħobbija b’responsabbiltà sabiex flimkien ma’ min għandu imħabba għall pajjiż, inkomplu naħdmu sabiex naraw lil pajjiżna jimxi l’quddiem.”
//= $special ?>