Telgħu għal 56 il-vittmi li sfaw maqtula fi ġlieda għall-poter bejn l-armata Sudaniża u l-forza para-militari, filwaqt li madwar 600 persuna spiċċaw midruba.
Dan wara jiem ta’ tensjoni qawwija bejn il-forzi para-militari u l-armata tal-pajjiż hekk kif il-proposta sabiex ikun hemm tranżizzjoni fejn is-setgħa tingħata lill-poplu ma niżlitx tajjeb, u kawża ta’ dan fil-lejl ta’ bejn is-Sibt u l-Ħadd, instemgħu diversi splużjonijiet fil-belt kapitali Sudaniża Khartoum.
Kemm il-forzi para-militari kif ukoll l-avversarji tagħha qalu li ħadu taħt idejhom il-kontroll tal-ajruport u siti ewlenin oħra f’Khartoum, fejn il-ġlied kompla matul il-lejl.
//= $special ?>