Lokali

“Il-PN se jibqa’ jagħti servizz lill-poplu Malti u Għawdxi għall-ġid ta’ pajjiżna” – Bernard Grech

“Inwiegħed li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ dak il-partit, li kif għamel fis-snin passati, jagħti servizz lill-poplu Malti u Għawdxi għall-ġid ta’ pajjiżna.”

Kien dan li qal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista waqt attività politika li saret dalgħodu fid-Dar Ċentrali bit-tema “Nagħtu s-Saħħa lill-Ħaddiem”.

Bernard Grech qal li kif bħalma 20 sena ilu konna kburin li ġie ffirmat it-trattat ġewwa Ateni sabiex insiru membri sħaħ tal-UE, hekk il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ partit li se jkompli jaħdem għall-pajjiżna.

Il-Kap tal-PN kompla jgħid li llum għadna nagħtu l-importanza lill-ħaddiema Maltin, bil-Gvern Laburista ta’ Robert Abela qed jkisser il-ġid kollu li Partit Nazzjonalista fil-gvern ġab għal pajjiżna, fosthom il-linja tal-ajru, l-Air Malta.

Bernard Grech qal li l-Partit Laburista, minflok hu partit li jaħdem għall-ħaddiema, hu partit li qed jabbanduna lill-ħaddiema Maltin hekk kif hu ffukat li jgħaqdi lil tal-qalba.

Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-fatt li l-Gvern Laburista tilef ir-rotta biex jigvernaw għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. Hu kompla jgħid li Robert Abela u ta’ madwaru qegħdin hemm għal tal-qalba u mhux għaż-żgħir, b’dawn jagħżel li jitradihom u jwarrabhom.

B’referenza għall-każ tal-erbgħa żgħażagħ li ġew arrestati fl-aħħar xhur, huwa qal li dawn kulma għamlu kien li għarrfu bis-sigurtà dgħajfa fl-app ta’ Freehour li kienet se twassal għal leak ta’ data personali tal-istudenti. Bil-Pulizija jarrestawhom filwaqt li jinjoraw u jipproteġu lil dawk li verament għamlu ħsara lil pajjiżna.