“Irridu naraw li pajjiżna jimxi ‘l quddiem u se jkun propju l-PN li se jkompli jaħdem biex jassigura li dan iseħħ.”
Dan kien il-messaġġ li wassal id-Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo meta indirizza l-attività politika li saret il-Ħadd filgħodu fid-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Ivan J. Bartolo tkellem fuq żewġ fatturi importani li jsawwru l-bniedem; l-attitudni u l-ebusija tar-ras. “Il-Gvern Malti huwa perikoluż għall-pajjiż minħabba ir-ras iebsa u l-attitudni hażina, u dawn qed jiswew dan il-pajjiż ħafna flus.
Id-deputat tal-Partit Nazzjonalista Ivan Bartolo appella lill-Gvern sabiex ma jibqax jiggverna bir-ras iebsa, għaliex qed iżommu maqtugħ mir-realtà ta’ pajjiżna.
Ivan Bartolo sostna li għall-Partit Nazzjonalista, il-poplu Malti u Għawdxi kollu huwa fiċ-ċentru tal-politika ta’ dan il-Partit, u ser ikompli jaħdem sabiex imexxi lill-pajjiż ‘il quddiem.
Ivan Bartolo tkellem fuq l-AirMalta u staqsa lill-Gvern x’qiegħed jagħmel sabiex jiġu salvagwardjati l-familji u l-ħaddiema tal-linja nazzjonali ta’ pajjiżna …. filwaqt li tenna li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ dak il- jagħmel il-ġid bla ma jagħmel ħsara lill-pajjiż.
Ivan Bartolo tkellem ukoll dwar l-ekonomija u saħaq li għall kuntlajru tal-Partit Laburista, il-Partit Nazzjonalista diġa tkellem dwar il-bżonn li jbiddel il-mudell ekonomiku ta’ pajjiżna u jsir l-investiment meħtieġ …. bil-Gvern Laburista spiċċa jħalli sa issa sabiex jibda jindirizza din il-ħtieġa.
//= $special ?>