Lokali

“Inkjesta pubblika twassal sabiex is-soċjetà jkollha ġustizzja” – Editorjal tal-gazzetta Illum

“Il-Prim Ministru Robert Abela għadu sa issa jinjora l-għajta għal inkjesta pubblika li tista tgħin sabiex is-soċjetà jkollha ġustizzja.”

Dan qalu l-editorjal tal-gazzetta Illum, hekk kif il-PM għadu jirrestizi li jaħtar inkjesta pubblika b’rabta ma’ dan il-każ, li jmur lura għal Diċembru li għadda, meta żagħżugħ ta’ 18–il sena spiċċa spiċċa mirdum taħt il-konkos ftit minuti biss wara li daħal f’binja li kienet għadha qed tiġi mibnija fil-Qasam Industrijali ta Kordin.

Fl-istess każ, kienu weġġgħu ukoll numru ta’ ħaddiema li waqt il-ħin tal-inċident kienu qed jagħtu l-konkos fuq is-saqaf tal-binja.

Skont dan l-editorjal, l-għażla tal-Prim Ministru li ma jsejjaħx inkjesta pubblika b’rabta ma’ dan il-każ li xxokja pajjiż sħiħ … hi waħda politika u mhux marbuta ma’ xi aspett legali.

Apparti dan, l-editorjal tenna li għalkemm għaddeja inkjesta maġisterjali … il-familja ta’ Jean Paul Sofia flimkien mal-poplu Mlati kollu għadu mingħajr ebda ħjiel ta’ meta din se tasal fi tmiemha.

Għaldaqstant, il-PM għandu jmur pass il-quddiem u jara kif bħala Gvern se jipprovdi riżorsi finanzjarji, umani u infrastrutturali sabiex l-operat tal-qrati jkun aktar efficjenti.

L-Editorjal jisħaq li filwaqt li l-inkjesta maġisterjali twassal sabiex jittieħdu passi kontra min naqas f’xogħlu, din ma teskludix inkjesta pubblika li tmur lil hinn mill-każ u twassal sabiex is-soċjetà tikseb il-ġustizzja li jistħoqqilha.

Il-familja u l-ħbieb ta’ Jean Paul Sofia qegħdin jitolbu li ssir ġustizzja ma’ dan iż-żagħżugħ li spiċċa tilef ħajtu traġikament u intortament… iżda sa issa, il-Prim Ministru għadu ma ħax azzjoni.

L-Editojal sostna li Robert Abela jeħtieġ jifhem li din l-għajta għal inkjesta pubblika ġejja wkoll minn sens ta’ dwejjaq profond fis-soċjetà għal mod ta’ kif ċerti kuntratturi u żviluppaturi qegħdin iwettqu xogħol ta’ kostruzzjoni …. għaliex dan mhux l-ewwel każ li smajna bih, inkluz il-każ ta’ Miriam Pace, u inċidenti oħrajn li seħħew f’postijiet tal-kostruzzjoni tul is-snin.