Fl-aħħar ħin, Anthony Abela esprima r-rabja u l-frustrazzjoni tiegħu għan-nuqqas ta’ azzjoni minn Gvern Laburista. Dan wara li allegatament, mart Abela ġiet imsawwta minn kunsillier Laburista fl-isptar Mater Dei.
Wara li tkellem ma’ lovin Malta dwar dan il-każ, Anthony Abela sostna li għadu ma jistax jemmen li l-aggressur – il-kunsillier Laburista Gesmond Baldacchino għadu jifforma parti mill-kunsill lokali taż-Żejtun, wara li allegatament attaka lill-martu fl-Isptar Mater Dei, waqt li kienet qed iżżur lil ommha li dak il-ħin kienet qed tieħu kura medika.
Anthony Abela saħaq li il-Qorti ta’ Malta stess sabet lill-kunsillier Laburista Gesmond Baldacchino ħati ta’ dan id-delitt, bil-Gvern Laburista baqà ma ħax azzjoni fil-konfront ta’ Baldacchino.
Mid-dettalji li ħarġu fl-aħħar ħin, jidher li dan l-inċident seħħ ftit minuti wara li nqala’ argument bejn il-familja ta’ Angela – mart Anthony Abela u oħtha, li hija mart Baldacchino, fejn allegatament, waqt l-argument, Baldacchino fajjar daqqa ta’ ponn f’għonq Angela. Fil-kawża tal-qorti dwar l-inċident, il-qorti semgħet kif uffiċjali tas-sigurtà ma intervjenewx hekk kif il-ġlieda eskalat bejn il-membri tal-familja.
Il-Qorti sabet lil Gesmond Baldacchino ħati u ngħata sentenza sospiża ta’ sena, filwaqt li ġie ordnat iħallas multa ta’ €2,000 jekk jikser il-kundizzjonijiet imposti fuqu mill-Qorti.
Meta tkellmu ma’ Lovin Malta, Anthony Abela u martu Angela Abela esprimew id-dispjaċier tagħhom għaliex spiċċaw imwarrba u jidher biċ-ċar li ħadd ma jimpurtah jew irid jieħu azzjoni kontra il-kunsillier Laburista li għadu sa issa jifforma parti mill-kunsill lokali taż-Żejtun u mill-Partit Laburista.
//= $special ?>